Ħafna Qed Jitfxiklu Fejn Għandhom Iċemplu F'Każ Ta' Emerġenza Minħabba L-Covid-19. Ara XGħandek Tagħmel Eżatt!

F’ċertu każijiet fejn ikun hemm emerġenza jew il-bżonn ta’ tabib kien hemm ħafna nies li beżgħu, ħassuhom skomdi u qagħdu lura milli jċemplu għall-assistenza medika.

Fuq il-paġna Department of Information inxterrdet tabella mportanti mmens rigward in-numri tat-telefon 111 u 112. 111 huwa n-numru fejn trid iċċempel meta qed tesperjenza xi sintomi, għandek bżonn tagħmel swab test jew tixtieq xi informazzjoni relatata mal-Covid-19.

Madanakollu in-numru tal-emerġenza 112 għadu jeżisti! Għadu disponibbli biex wieħed iċempel xorta waħda jekk hemm xi każ ta’ emerġenza.  Jekk tinqalalek emerġenza xorta ċempel l-112 għal għajnuna immedjata





Google Images/ Inews



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI