Ilkoll nafu bil-frażi “bħal ħaruf għall-qatla”. Din tintuża meta jkun ser jiġri x’ħaġa ferm ħażina…għax fil-fatt hekk jiġrilhom il-ħrief, speċjalment f’dan iż-żmien tal-Għid.
L-Animal Liberation Malta spjegat kif għexieren ta’ ħrejjef ftit taż-żmien mit-twelied tagħhom jispiċċaw maqtula għall-ikel. Sforunatament hija tradizzjoni li l-ħaruf jittiekel fl-ikla tal-Għid, li hija kemmxejn ironika meta f’jum il-Għid suppost niċċelebraw il-ħajja.
Għalhekk, l-Animal Liberation Malta qed jagħmel appell biex dan jum il-Għid ikun b’differenza u minflok jittieklu alternattivi oħra flokk kwalinkwe laħam, kemm għall-annimali u kif ukoll għall-saħħitna!
