L-attriċi Joelyne Scerri kitbet dwar il-karattri li tinterpreta bħalissa fl-iskeda televiżiva tax-xitwa. Fil-fatt hi qed tieħu sehem f’Żerniq (Madame Kostanza), f’Il-Klinika (Annalise), f’NOLI (Lorna) u f’Erbgħa għal Erbgħa (irwol ta’ Barmaid).
Tieħu l-opportunità li tappella lill-pubbliku jsegwu u jappoġġjaw id-drama Maltija.
“Grazzi lil kull min wera fiduċja fija u afdali dawn il-karattri. Agħtu appoġġ u segwu d-drama Maltija għax apparti l-atturi jkun hemm ħafna nies li għamlu ħafna sagrifiċċji biex dan il-prodott jittella’ w jintwera ġewwa d-djar tagħkom.”
Prosit Joelyne! Appell f’waqtu.