Żagħżugħa Bi Profil Ta' Awtiżmu Taqsam Ħajjitha U T-Talent Tal-Arti Li Għandha Fuq Blog Ġdid

Din hi Yana, żagħżugħa ta’ 18-il sena li għandha profil ta’ Awtiżmu. Yana flimkien ma’ ommha ħolqu paġna fuq Facebook sabiex jitkellmu fuq id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum. Yana tixtieq li permezz ta’ din il-paġna tkompli żżid l-għarfien fuq l-Awtiżmu.

F’dan il-blogg Yana qed taqsam ukoll it-tpinġijiet li qed tagħmel! Illustrazzjonijiet sbieħ li juru l-abbiltajiet tal-arti ta’ din l-artista. L-hena tagħha li tqatta’ ħin fuq il-kompjuter, tpinġi u titkellem ma’ sħabha.





Iżda mhux kollox ward u żahar, omm Yana taqsam ukoll mumenti diffiċli mill-ħajja tagħhom, “Lejl li għadda reġgħa kellna lejl iebes ħafna. Ma setgħetx torqod b’xejn”. Omm Yana tisħaq li qed tagħmel dan sabiex aktar persuni jifhmu u jaraw ir-realtà tal-ġenituri bħalha.

Aħna nawguraw minn qalbna lil Yana kull suċċess fuq din il-paġna tagħha u j’Alla sservi bħala għarfien fuq l-awtiżmu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI