Fuq il-paġna uffiċjali It-Temp Madwarna tħabbar li dan ix-xahar huwa x-xahar fejn ħa naraw l-aktar temperaturi għoljin u l-aktar temp sħun. “Kif kien previst, l-aħħar parti ta’ Lulju ser tkun ukoll l-aktar parti sħuna ta’ dan ix-xahar sajfi, hekk kif pressjoni għolja fuq it-Tirren se testendi saċ-ċentru tal-Mediterran. L-ebda estremi fit-temperaturi, iżda għandna nistennew ġimgħa mimlija xemx..”
Għalkemm jitqawwa f’xi mumenti, fil-maġġor parti r-riħ ħa jkun ħafif. Aħbar tajba għal bosta hi li t-temp għal ġimgħad-dieħla ser ikun wieħed xemxi u kalm. Fil-fatt it-temperatura hemm ċans li togħla sa ~34°C.