Jidher li fl-aħħar ħin inġema traffiku fil-Marsa Juction. Nappellaw biex din iż-żona tiġi evitata hekk kif it-traffiku huwa kkważat minn triq li tinsab magħluqa minħabba xogħlijiet t’asfalt.
It-triq ikkonċernata hija it-triq il-ġdida ta’ taħt il-flyovers tal-Marsa Junction Project li tgħaqqad Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid ma’ Triq Aldo Moro.
Ilbieraħ Infrastructure Malta infurmat li din it-triq kienet se tkun magħluqa bejn illum u nhar it-Tnejn u provdiet informazzjoni dwar rotot alternattivi għas-sewwieqa. Ara l-informazzjoni sħiħa hawn taħt:
Facbook / Infrastructure Malta