Issa li l-knejjes ilhom aktar minn ġimgħa miftuħin, il-Knisja f’Malta wriet ix-xewqa li l-LIVE Streaming tal-Quddies fuq Facebook mill-parroċċi jieqaf. Il-Quddies mill-Kurja tal-Arċisqof u tal-Ħadd se jibqa’ jibqgħu jixxandru fil-ħinijiet normali fuq it-televixin u online. Fr Gordon li kien minn tal-ewwel li beda l-quddies fuq bil-LIVE Streaming ħabbar dan ilbieraħ.
Anke Fr. Robert Grech, il-kappillan tal-Parroċċa ta’ Swatar qal dan. Fil-messaġġ li t-tnejn kitbu qalu li…”kull min tassew jista’ għandu jmur biex flimkien niċċelebraw l-Ewkaristija”. Madanakollu għal dawk il-vulnerabbli li ma jistgħux jiġu l-Knisja, jistgħu isegwu l-Quddies fuq it-TV.
Nirringrazzjaw lill-qassisin kollha li offrew dan is-servizz lill-pubbliku, biex fiż-żminijiet iebsin kienu jistgħu jisimgħu l-quddies xorta waħda.