Mill-ġdid saru r-ringrazzjamenti f’isem it-tim kollu ta’ Nature Trust – FEE Malta wara li ġiet salvata l-fekruna magħrufa bħala loggerhead turtle.
Fl-aħħar aġġornament ġiet imħabbra l-kundizzjoni ta’ din il-kreatura. Jidher li kellha xi infjammazzjoni u għaldaqstant għad hemm xi kura u osservazzjoni xi ssir. Fuq il-paġna uffiċjali ser tkunu tistgħu ssegwu aktar dwar kif tinsab il-kreatura.
It-tim jinsab għaddej b’ħidmietu biex jieħu ħsiebha u dan juri l-valur kbir li jagħtu lill-annimali. Saħansitra qablu li jtuha isem ukoll – Ashley!