Tul l-aħħar 24 siegħa saru 775 test li minnhom ma ħareġ ebda każ pożittiv. Mhux talli għandna din l-aħbar pożittiva llum, iżda l-awtoritajiet ħabbru wkoll li fiequ żewġ persuni oħra minn dan il-virus. Dan ifisser li l-każijiet ikkonfermati pożittivi f’pajjiżna issa hu dak ta’ seba’ persuni!
Dan hu riżultat mill-isbaħ u jidher li mexjin sabiex f’pajjiżna nispiċċaw bla każijiet attivi. Għalkemm minħabba l-ftuħ tal-ajruport wieħed irrid joqgħod attent xorta waħda u japplika l-prekawzjonijiet kollha. Min jiddeċieda li jmur xi btala barra minn xtutna wkoll għandu joqgħod attent u jieħu l-passi meħtieġa sabiex iżomm sigur.
Flimkien nistgħu nagħmlu differenza! Ir-riżultati jibqgħu juruna dan!