Aħbar Pożittiva Dwar Il-Persuna Li Lbieraħ Instab Pożittiv

Ilbieraħ ħabbarna li mill-ewwel fażi tat-testijiet li saru nstab persuna waħda pożittiv għall-Covid-19, jidher li wara li saru aktar testijiet ġie kkonfermat li l-persuna li inizjalment instabet pożittiva ma għandhiex il-virus.





Din is-sitwazzjoni mhux waħda ġdida, infatti anke barra minn pajjiżna ltaqgħu kemm-il darba ma sitwazzjonijiet hekk u b’hekk isiru diversi stadji ta’ testijiet. Il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates ikkonfermat din l-aħbar kmieni dalgħodu.

Jidher li għal darb’oħra, illum mhu ħa jkollna ebda każ pożittiv ġo pajjiżna. Dan jiġi kkonfermat mid-Dipartiment tas-Saħħa permezz tal-paġna tagħhom Saħħa. Dan ifisser li l-każijiet attivi jibqgħu 10 sakemm ma kienx hemm xi persuni li rkupraw.

Dan ikompli jawgura tajjeb immens għal pajjiżna u l-ġlieda tagħna lkoll kontra l-Covid-19! Inqawwu qalbna!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI