Aħbar Sabiħa Għar-Residenti Ta' San Vinċenz U L-Familjari Tagħhom

Min għandu xi familjari ġewwa s-swali ta’ San Vinċenz minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju ħa jkun jista’ jżur lill-familjari tiegħu f’ħinijiet allokati apposta għall-viżitaturi. Dawn il-ħinijiet huma mill-10:30 sal-12:00 u mill-16:00 sas-19:00.





Importanti li biex wieħed iżur lil qarib tiegħu, irid jagħmel appuntament u massimu ta’ żewġ viżitaturi ħa jkunu jistgħu jidħlu għal kull appuntament. Kull min jattendi jrid jilbes visor jew maskra l-ħin kollu.

Mal-wasla l-viżitaturi għandhom bżonn jirreġistraw isimhom u jippreżentaw il-karta tal-identità, minn hemm titiħdilhom it-temperatura u jkunu jistgħu jidħlu fis-sala li fiha jkun hemm il-persuna li jixtiequ jżuru.

Il-viżitaturi ma jistgħux jgħaddu minn sala għall-oħra imma jridu jidħlu u joħorġu mis-sala li jkunu qed iżuru.

Facebook / St Vincent de Paul Long Term Care Facility



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI