Hekk kif tkomplew il-preparamenti għall-Junior Eurovision Song Contest li ħa jsir fid-29 ta’ Novembru 2020, Malta tingħaqad fost it-13-il pajjiż li kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Issa nistgħu nkunu assigurati li dan il-konkors mhux se jkun żgħir daqs l-edizzjonijiet tal-2012 jew tal-2013. Iktar xandara huma mistennija jikkonfermaw il-pożizzjoni tagħhom għall-konkors fil-ġimgħat li ġejjin.
Ma’ Malta ser ikunu qed jikkompetu (sa issa): il-Belarus, Franza, Ġjorġja, Ġermanja, Irlanda, Kazahkstan, L-Olanda, Il-Polonja, Ir-Russja, is-Serbja, Spanja u L-Ukrajna. Bħal dejjem tħabbru anke xi regolamenti mportanti qabel wieħed jieħu sehem fil-konkors lokali biex jissielet għall-biljett li ħa jeħodna lejn il-Polonja.
- L-applikanti għandhom ikunu ċittadini Maltin bejn id-9 u l-14-il sena.
- L-applikanti għandhom jibagħtu kanzunetta oriġinali li ma tridx tkun ġiet interpretata pubblikament qabel l-1 ta ‘Mejju 2020.
- Kull att jista’ jinkludi sa sitt artisti (skont ir-regoli ta’ parteċipazzjoni tal-EBU).
- Fil-kanzunetti għandu jkun hemm ‘għaqda’ bejn l-età tal-artist u s-sens “divertenti” għall-kantant li ser jinterpretahom.
- Il-lirika tal-kanzunetti trid tkun bl-Ingliż jew bil-Malti, jew taħlita tat-tnejn.
- Il-lirika fi kwalunkwe lingwa oħra m’għandhiex tifforma iktar minn 40% tal-kanzunetta
Biex titfa’ l-applikazzjoni tiegħek tista’ tidħol HAWN. Nittamaw li għandna tistenniena esperjenza sabiħa għal pajjiżna ġewwa l-Polonja bħal dawk li kellna fl-2013 u fl-2015 b’mod speċjali! Nawguraw lill-parteċipanti kollha minn issa.
Facebook/ Destiny Chukunyere/ junioreurovision.tv