Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif ħabbar li anzjana ta’ 79 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. Jidher li din l-anzjana kienet ittestjat negattiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Settembru, bħala parti mit-testijiet ta’ rutina li qegħdin isiru fid-djar tal-anzjani fejn kienet tgħix.
Hija mietet ilbieraħ, 28 ta’ Settembru, u swab test li sar wara mewtha kkonferma li kienet pożittiva għall-Covid-19. L-anzjana jidher li kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, għadda l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, filwaqt li appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.
Din hija r-34 mewta relatata mal-Covid-19 f’pajjiżna. F’isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil familja tagħha.