Aħbar Tajba Għal Nies Bl-Awtiżmu – Araw X’Inhi…

Matul din il-ġimgħa, fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Gallarija Darmanin ġie mħabbar illi kull ġimagħtejn fil-ħanut tagħhom fl-Iklin ser jiġi offrut spazju adattat b’mod speċjali għal nies fuq l-ispettru tal-awtiżmu.  Dan il-proġett se jitwettaq mill-5 t’Ottubru ‘l quddiem b’kollaborazzjoni ma’ Prisms Malta. 

Fil-ħin ta’ bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar id-dwal tal-ħanut se jitbaxxew, se jintfew ir-radjijiet, u ser jitnaqqas l-istorbju kemm jista’ jkun biex jakkomoda lil dawn in-nies. 

Idea li żgur se tiġi apprezzata minn ħafna u li se tkun pass ‘il quddiem lejn soċjetà iktar inklużiva!

 

 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI