“Aħna Lanqas Biss Nafu X'Jiġifieri Li Ma Jkollokx Flus Biex Tixtri Mqar Pakkett Ħalib, Ftit Ħobż U Ross" – Fr Louis

Probabbli rajtu l-posts ta’ diversi personalitajiet bil-hashtag itma familja! Ir-raġuni wara din hi l-maratona Oħloq Tbissima. Fr Louis Mallia, Direttur ta’ CPi Media tkellem dwar il-bżonnijiet ta’ dawn il-familji, “Aħna lanqas biss nafu x’jiġifieri li ma jkollokx flus biex tixtri mqar pakkett ħalib, ftit ħobż u ross biex almenu l-familji, u l-aktar it-tfal u l-anzjani jieklu mqar darba kulljum.”

Hu jkompli jgħid, “Għalhekk qed nitolbu biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu ġenerużi u jifhmu li barra minn xtutna hemm ħafna nies li litteralment ma għandhom xejn. Aħna diffiċli nifhmu x’inhu ix-xejn, imma din hi realtà’ li qed jgħixu biha kulljum, kull ġurnata”.

Huwa f’dan il-kuntest li qed issir l-istedina biex mil-lum il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju fil-17.00 il-poplu Malti u Għawdxi jsegwi l-maratona Oħloq Tbissima fuq F-Living, li ser ixandar il-maratona kollha tul it-tlett ijiem, u kif ukoll jidħlu fuq One, Net u Tvm2 għax dawn ukoll ser ixandru ħinijiet fuq l-istazzjonijiet tagħhom. Il-maratona ser tkun ukoll streamed live fuq il-Facebook page ta’ Oħloq Tbissima.

Wieħed jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu minn issa billi jċempel fuq dawn n-numri:

  • 51002031 – €20
  • 51902080 – €50
  • SMS: 50619285 – €11.65

Il-linja tal-pleġġ ser tinfetaħ dakinhar tax-xandira u ser ikollha in-numru 21445544.

Facebook / Antonella Galea Lofreda







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI