“Aħna M’Aħniex Maħluqin Biex Inkunu Waħedna, Imma Lanqas M’Aħna Maħluqin Biex Inkunu Fil-Kumpanija Ta’ Kulħadd” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam messaġġ sabiħ u importanti mas-segwaċi tiegħu.

Hu qal, “Aħna m’aħniex maħluqin biex inkunu waħedna, imma lanqas m’aħna maħluqin biex inkunu fil-kumpanija ta’ kulħadd. Hu min hu u hi min hi. Il-ħtieġa għall-konnessjoni hija umana, profonda, u neċessarja, imma tant ieħor hija importanti l-ħtieġa li nħossuna meqjusa, rikonoxxuti, u rispettati fl-awtentiċità tagħna. Mhux il-preżenzi kollha huma tajbin għas-saħħa mentali tagħna. Xi wħud jimlew il-ħin, oħrajn bil-mod il-mod ibatluna internament.”

Żied, “Huwa għalhekk li s-solitudni, meta tkun konxja u maħsuba tista’ ssir spazju għas-smigħ u l-bini mill-ġdid tagħna nfusna, u mhux vojt li wieħed għandu jibża’ minnu. Il-kwalità tal-ħbiberiji/relazzjonijiet tagħna hija aktar importanti mill-kwantità. Għax mhijiex il-viċinanza li tagħmel id-differenza, imma l-abbiltà li tkun verament int innifsek mingħajr ma jkollok bżonn tnaqqas jew tbiddel lilek innifsek.”







Ritratti:

Facebook/Dr Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI