"Aħna Nargumentaw Dwar Kollox Taħt Ix-Xemx" – Ira Losco Dwar Sean

Facebook / Sean Gravina

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Sean Gravina! F’din il-ġurnata speċjali Ira ħalliet messaġġ mill-isbaħ lir-raġel tagħha! Ira kitbet, “Awguri f’għeluq sninu lill-aqwa sieħeb tiegħi. Aħna nargumentaw dwar dak kollu taħt ix-xemx, imma nħobbu wkoll il-kumpanija ta’xulxin.”

Ira li kif tafu x-xahar li ġej flimkien ma’ żewġha ħa jkunu qed jilqgħu lit-tarbija ċ-ċkejkna tagħhom tkompli tgħid, “Ix-xahar id-dieħel int tkun missier mhux biss għal Harry imma wkoll għat-tifla żgħira tagħna. Inħobbok. Għal ħafna aktar għeluq snin flimkien!”

Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil Sean f’għeluq sninu u lill-koppja li dalwaqt jilqgħu f’din id-dinja t-tieni wild tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI