Ilbieraħ filgħaxija t-tim tal-futbol Malti kien għaddej bl-aħħar preparamenti għall-partita li ser tintlagħab illejla fil-ħin tad-8.45pm mat-tim Sloven fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta Qali.
Sfortunatament il-plejer James Brown jinsab imweġġa’, filwaqt li Ryan Camenzuli huwa sospiż. B’hekk dawn it-tnejn mhux ser ikunu preżenti għall-partita.
Għaldaqstant, waqt konferenza stampa tal-MD-1, il-kowċ tat-tim Malti Devis Mangia qal, li għalkemm xi membri mill-grupp jinsabu nieqsa, hu jemmen li kull plejer huwa importanti u mhu dipendenti minn ħadd!
It-tim Malti flimkien mal-kowċ tagħhom żgur illi sejrin bi ħġarhom għal rebħa! Pero konxji tal-battalja li għandhom quddiemhom għaliex Malta tinsab fil-171 post filwaqt li Slovenja tinsab fl-64 post fil-klassifika.
Aħna nawguraw lit-tim Malti għal riżultat sodisfaċenti!