Aktar Dettalji Fuq L-Aħħar Tliet Każi Li Nstabu Pożittivi Għal Covid-19 F'Malta

Il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates ħarġet aktar dettalji fuq l-aħħar tliet każijiet li ġew ikkonfermati pożittivi għall-Covid-19. Kollox jindika li t-tliet każijiet huma separati minn xulxin.





Hemm każ ta’ tfajla Maltija bejn 10 u 14-il sena li kellha s-sintomi, każ ieħor ta’ raġel mill-Eritrea li għandu bejn 25 u 29 sena li ma kellu l-ebda sintomi u każ ieħor ta’ tifla ċkejkna li għandha massimu ta’ erba’ snin.



Dawn huma fost l-erba’ każi li għandna pożittivi fil-pajjiż bħalissa. Skont l-istess paġna, hemm indikazzjoni li hemm każ pożittiv. Mhux magħruf jekk il-każ pożittiv li hemm hux wieħed mill-każijiet pożittivi li ġa kien hemm irreġistrati jew jekk hux każ ġdid. Nistennew konferma ta’ dan fuq il-paġna Saħħa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI