Is-sensiela Qalbi, bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Rikordja, ilha xhur issa għaddejja bl-istorja li dejjem qed tkompli tiżviluppa.
Sa issa sirna nafu ħafna affarijiet oħra dwar il-karattri, apparti li sirna nafuhom aħjar, u nafu x’inhi l-missjoni tagħhom.
It-tim jikteb, “Aktar xeni li se tkunu qegħdin taraw fil-ġimgħat li ġejjin.” Jaqsam diversi ritratti meħudin waqt il-filming ta’ din is-sensiela.
Din hi idea żgħira tal-episodju li għandna nistennew fil-ġimgħa li ġejjin. Lestu ruħkom għal aktar żviluppi f’din l-istorja.
Facebook/ Qalbi