L-MEP Alex Agius Saliba Jitlob Fondi Ewropej Biex Malta Tiġi Megħjuna Wara L-Ħsarat Tal-Maltempata Harry

Alex Agius Saliba

L-MEP Alex Agius Saliba ħabbar li kiteb uffiċjalment lill-Kummissjoni Ewropea biex Malta tingħata appoġġ finanzjarju wara l-ħsarat kbar ikkawżati mill-maltempata Harry.

Permezz tal-midja soċjali, Agius Saliba sostna li, bħalma ġew megħjuna Stati Membri oħra f’sitwazzjonijiet simili, Malta wkoll għandha tirċievi solidarjetà u għajnuna mill-Unjoni Ewropea.

Fil-komunikazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea, l-MEP enfasizza li ċ-ċittadini Maltin, l-awtoritajiet lokali u s-servizzi ta’ emerġenza għadhom għaddejjin b’ħidma intensiva biex jiġu protetti ż-żoni milquta, jitneħħa t-tifrik u jsiru stimi tal-ħsarat, li skontu qed juru l-iskala serja tad-distruzzjoni..



Huwa appella għal solidarjetà Ewropea u talab lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi mingħajr dewmien biex tiddetermina kif l-Unjoni Ewropea tista’ tassisti lill-awtoritajiet Maltin u lill-komunitajiet affettwati f’din il-fażi kritika ta’ rkupru. Fost il-miżuri msemmija hemm gwida teknika, flessibbiltà u l-mobilizzazzjoni ta’ strumenti ta’ appoġġ disponibbli.



Agius Saliba temm jgħid li mumenti bħal dawn huma prova tal-impenn komuni Ewropew biex l-Istati Membri jibqgħu magħqudin u jappoġġjaw lil xulxin fi żminijiet ta’ kriżi.



Ritratti:

Facebook / Alex Agius Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI