Alison Bezzina, Sylvester Cilia, RMJ U Romina Frendo Huma Rebbieħa Tal-Vuċi Għall-Annimali Awards 2025

Ilbieraħ filgħaxija saru il-Vuċi Għall-Annimali, lejl iddedikat lin-nies u l-organizzazzjonijiet li jagħżlu li jgħinu l-annimali ta’ kuljum.

“Dawn il-premjijiet jeżistu biex jirrikonoxxu l-kompassjoni, il-konsistenza, il-kuraġġ u l-impenn fil-benesseri tal-annimali,” huma kitbu. “U għal darb’oħra, ir-rispons mill-pubbliku fakkarna għaliex din il-komunità hija daqshekk importanti.”

Il-Premju tal-Unsung Animal Hero, premju li jirrikonoxxi individwi li jiddedikaw ħajjithom għall-annimali, intrebaħ minn Romina Frendo. Il-Premju Trailblazers li jiċċelebra organizzazzjonijiet li jmexxu t-triq ‘il quddiem fil-benesseri tal-annimali permezz tas-salvataġġ, intrebaħ minn RMJ – Rehome, Rehabilitate, Rescue.

Il-Premju San Ġużepp, huwa premju li jirrikonoxxi l-imsieħba u l-membri tal-familja li jappoġġjaw lis-salvataġġi u l-attivisti, intrebaħ minn Sylvester Cilia.

Il-Premju Vuċi Għall-Annimali intrebaħ minn Alison Bezzina għad-dedikazzjoni tagħha bħala attivista, l-imħabba ġenwina tagħha għall-annimali u talli elevat ir-rwol ta’ Kummissarju għal standard ogħla.







Ritratti:

Facebook / Vuċi Għall-Annimali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI