Wara tnedija li qabżet kull aspettattiva, All’Antico Vinaio f’Malta qed ikompli jħalli impatt qawwi fix-xena lokali tal-ikel u issa jinsabu lesti biex jespandi t-tim tiegħu.
Kif kulħadd jaf il-ftuħ kien ta’ suċċess kbir, b’interess u domanda li komplew jikbru anke fil-jiem ta’ wara. Din ir-reazzjoni pożittiva wasslet biex il-management jifhem li hemm bżonn aktar riżorsi umani biex ilaħħqu mal-volum u jżommu livell għoli ta’ servizz.

Għalhekk, qed jinfetħu diversi opportunitajiet ta’ xogħol għal min jixtieq jidħol jew javvanza fl-industrija tal-ospitalità. It-tim qed ifittex dawn l-irwoli li jinkludu Kitchen Staff, Counter Assistants, Supervisors, Cashiers u Cleaners, kollha essenzjali biex il-ħidma ta’ kuljum tibqa’ għaddejja b’mod effiċjenti.
Il-kumpanija qed tfittex individwi motivati, enerġetiċi u li jaħdmu tajjeb f’tim, b’enfasi fuq dawk li huma lesti joffru esperjenza ta’ kwalità lill-klijenti f’ambjent dinamiku. Barra minn hekk, dawk magħżula se jingħataw taħriġ biex ikunu jistgħu jilħqu l-istandards tal-brand internazzjonali.

Huwa importanti li l-applikanti jkollhom livell tajjeb ta’ Ingliż u Food Handling Certificate validu. Din hija opportunità unika għal min jixtieq ikun parti minn brand magħruf madwar id-dinja u jikber professjonalment f’ambjent li qed jespandi b’pass mgħaġġel.
Dawk interessati jistgħu jibagħtu s-CV tagħhom fuq: malta@allanticovinaio.com.