L-eks parteċipanta ta’ X Factor Malta u content creator Amber Woods fetħet qalbha pubblikament dwar il-ġlieda diffiċli tagħha kontra l-kanċer tal-pancreas, wara li skopriet li għandha kanċer u jinsab fir-raba’ stadju 4. Hi għad għandha biss 25 sena!
Hekk kif tinsab għaddejja minn trattament intensiv, Amber ingħaqdet mal-marka ta’ ġojjellerija MoonLitReef għal kollaborazzjoni speċjali u limitata bil-għan li tgħin tkopri l-ispejjeż mediċi tagħha. Il-marka ħabbret li d-dħul kollu mill-Amberina’s Collection se jmur direttament biex jappoġġja t-trattament u l-bżonnijiet mediċi kontinwi ta’ Amber.
MoonLitReef iddeskriviet din il-kollaborazzjoni bħala waħda profondament personali, u qalet li Amber għandha post speċjali f’qalbhom. Il-kollezzjoni nħadmet ma’ Amber, b’kull biċċa magħżula biex tirrifletti l-personalità, il-vjaġġ u l-istorja tagħha. Biex jiffukaw kompletament fuq din l-inizjattiva, il-marka ddeċidiet li temporanjament tissospendi l-kollezzjonijiet l-oħra.
Dawk li jagħżlu li jixtru mill-Amberina’s Collection mhux biss qed jakkwistaw biċċa ġojjellerija, iżda qed jikkontribwixxu direttament għall-kura ta’ Amber. Kull oġġett se jkun magħmul bl-idejn u mibgħut matul ix-xahar ta’ Marzu.
L-inizjattiva diġà qed tirċievi appoġġ qawwi online, b’ħafna jfaħħru din il-kollaborazzjoni bħala mod sinċier u sinifikanti kif wieħed jista’ jkun ta’ sostenn għal Amber f’mument tant diffiċli fil-ħajja tagħha.
Wieħed jista’ wkoll jagħti donazzjoni billi jidħol hawn: https://www.gofundme.com/f/support-ambers-fight-against-pancreatic-cancer/
Instagram / Amber Woods