Ħames Affarijiet Importanti Li Hemm Bżonn Tkun Taf Dwar Il-Maskra

Il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-plastik qed tintlaqat mill-pandemija tal-Covid-19, hekk kif l-użu ta’ maskri li jintremew, ingwanti u tagħmir protettiv ieħor qiegħed dejjem jiżdied. L-aġenziji u l-imsieħba tal-UN jinsistu li, jekk jiddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi, l-ammont ta’ plastik mormi kull sena tista’ tinqata’ b’mod sinifikanti, jew saħansitra tiġi eliminata.

Isemmu ħames affarijiet li l-iktar qed jagħmlu ħsara lill-ambjent, l-aktar permezz tat-tniġġis.

Il-fatt li ħafna nies qed jixtru l-maskri kważi għal kull fejn imorru, qed iżid l-ammont ta’ tniġġis. L-avviżi u l-appelli mill-awtoritajiet biex in-nies jagħmlu użu mill-maskra, mhxu qed jgħin biex l-arja tkun aktar nadifa.

Ħafna mill-maskri u tagħmir protettiv ieħor li jintremew qed jispiċċaw fil-baħar, Dan qed ikun ta’ detriment u periklu għall-kreaturi li jgħixu fil- baħar. Apparti minn hekk dan qiegħed xorta waħda jipperikola saħħitna, hekk kif mard ieħor jista’ jirriżulta minn mikrobi tossiċi li jikkontaminaw l-ambjent ta’ madwarna. Ambjent ikkontaminat iġib miegħu mard ieħor li mhux Covid-19.

Hemm soluzzjonijiet li bihom jista’ jonqos it-tniġġis mill-plastik b’80%. UNEP tissuġġerixxi li n-negozji jinvestu f’tagħmir protettiv magħmul minn materjal riċiklabbli. Dawn jistgħu ikunu inċentivi li jinkoraġġixxu t-tnaqqis tal-użu tal-plastik.

Fuq il-paġna uffiċjali l-UN tgħid li kull pajjiż madwar id-dinja kollha jeħtieġ jaħdem aktar biex iqajjem kuxjenza favur it-tnaqqis tat-tniġġis fl-arja u fl-ambjent. L-idea li jintuża tagħmir protettiv riċiklabbli jeħtieġ tkun aktar fid-diskussjonijiet li jsiru.

L-għaqda UNCTAD tissuġġerixxi li l-awtoritajiet għandhom iħeġġu u jippromwovu l-użu ta’ materjali bħal fibri naturali u lastiku naturali. Dawn jagħmlu ħafna inqas ħsara lill-ambjent, meta tqis li l-prodotti ser ikunu qed jintużaw kontinwament. 

Aqra aktar HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI