Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għadda ttella’ l-festival Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth, issa nafu min huma r-rebbieħa tar-raba’ edizzjoni.
“Inhossni bla kliem… Kburija li rbaht ir-raba’ edizzjoni tal-konkors Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth bid-diska What was I made for?! Ninsab emozzjonata ħafna u fuq kollox grata lejn kull min għeni nasal s’hawnhekk.”
Kien hemm ukoll ir-rebbieħ tal-aqwa diska oriġinali bil-Malti, premju li ntrebaħ mill-kanzunetta Isma’ Leħni ta’ Zelenio Zarb. Kanzunetta li ġiet premjata bl-aqwa lirika, premju mirbuħ minn Etienne Micallef u l-aqwa kompożizzjoni, premju mirbuħ minn Gillian Attard.
Nifirħu lill-parteċipanti u lir-rebbieħa kollha ta’ din l-edizzjoni, b’mod speċjali lil Amy.
Facebook/ Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth