It-tobba tal-Papa Franġisku qed iwissu li tant kemm il-pnewmonja doppja li qed ibati minnha hija severa li anke xi ħadd t’età żgħira kieku jbati sabiex jirpilja minnha, aħseb u ara.
Jidher li l-Papa Franġisku għadu qiegħed jitħabat u jissielet ma’ saħħtu, b’diversi sorsi jikkonfermaw li diffiċli li naraw lill-Papa jirpilja għalkollox.
Dan minħabba kemm l-età avvanzata tiegħu kif ukoll il-vulnerabbiltajiet respiratorji tiegħu li ilu jbati minnhom għal diversi snin.
“L-aqwa parir li nistgħu nagħtu lill-Papa hija li jistrieħ kemm jista’,” temmew jisħqu t-tobba mas-sit Reuters.
View this post on Instagram
Nawguraw fejqan bikri lill-Papa Franġisku!
Sors: Reuters
Ritratti: Instagram / Pope Francis (@franciscus)