Ċans Kbir Li Nisimgħu Materjal Ġdid Mir-Re Tal-Pop, Michael Jackson!

Tito, wieħed minn ħut Michael Jackson, għadu kemm żvela li fil-futur qrib se jkunu qed jippubblikaw siltiet mużikali ġodda li Michael Jackson ”ħalla warajh”.





”Hemm ħafna kanzunetti ġodda li kien għadu qed jaħdem fuqhom”, qal Tito lill-ġurnal The Sun. Michael Jackson għadda għal ħajja ta’ dejjem f’Ġunju tal-2009.  F’Novembru tal-2011, it-tabib personali tiegħu Conrad Murray kien ġie kkundanat 4 snin priġunerija wara li nstab ħati ta’ qtil involontarju bi traskuraġni.

Fost is-suċċessi li kiseb Michael Jackson tul il-karriera tiegħu, ta’ min wieħed isemmi t-13-il Grammy AwardGrammy Legend Award, Grammy Lifetime Achievement Award, 6 Brit Awards, 5 Billboard Music Awards u 24 American Music Awards.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI