Ċans Li Tirbaħ €25,000 Fil-Programm Ġdid Ta' Malta's Got Talent! Ara Kif Tista' Tapplika!

Minn Ottubru li ġej mistenni li fuq TVM naraw il-programm, “Malta’s Got Talent”. Dan il-programm mistenni li jieħu post l-X Factor. Liema programm ser ikun pjattaforma għall-artisti lokali li jistgħu jesebixxu t-talenti tagħhom quddiem 4 ġurija. Dan il-programm hu speċjali għaliex ser jagħti vuċi lil dawk artisti mhux kantanti biss li għandhom talent.





Sew jekk huż żfin, affarijiet bil-maġija, akrobazija … kulħadd ser ikollu ċ-ċans li juri t-talent tiegħu. Ir-rebbieħ tal-programm mistenni li jirbaħ €25,000 fi flus. Rigal fantastiku li żgur fost l-ogħla rigali li qatt ingħataw waqt xi programm televiżiv Malti. 3 stillel kull ma jridu l-parteċipanti u jkunu jistgħu jibdew l-avventura ta’ MGT. 

Ħerqanin biex tibda din l-avventura u nkunu nafu min huma l-ġurija, min ser jippreżenta l-programm u fuq kollox min ser ikunu l-ewwel parteċipanti. Titħajjar li taplikka?

Ibgħat messaġġ fuq 79202021 b’ismek u kunjomok, eta u email flimkien ma’ filmat qasir tiegħek tagħmel il-performance. Ħaffef x’qed tistenna! Żur il-paġna ta’ Facebook tagħhom billi tafgħas HAWN.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI