Lawrence Stafrace, sid ta’ ħanut tal-ikel fl-Ingilterra ġab diversi ikel u xorb Maltin biex jagħmel it-togħma Maltija disponibbli għall-Ingilterra.
Fost l-ikel li qiegħed ibiegħ, Lawrence għandu galletti, pastizzi, pasti, kunserva, ġbejniet, biskuttelli, qubbajt, ħelwa tat-Tork, pakketti u anke xorb lokali.
Huwa tella’ ritratti tal-prodotti Maltin li ġab fuq Facebook u r-risposta mill-Ingliżi kienet għolja. Ħafna kienu qed jistaqsuh jekk jistax iwassal il-prodotti fil-postijiet tagħhom.
Facebook/Lawrence Stafrace