Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 70 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-istess jum. Huwa baqa’ jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet tard ilbieraħ.
Il-Ministeru qal li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor. Il-Ministeru għadda l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.