Anzjana Oħra Tispiċċa Vittma Tal-Covid-19 F'Pajjiżna Wara Li Daħlet F'Mater Dei

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif ħabba li anzjana ta’ 72 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet aktar kmieni llum.

L-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tal-anzjana. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI