Daħlet applikazzjoni biex jinbena kumpless ta’ appartamenti fuq ħames livelli li jħarsu lejn it-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex.
Is-sit li qed jiġi diskuss jinsab fi Triq il-Parsott, ix-Xagħra u jifforma parti minn żona ta’ importanza Arkeoloġika, bħala parti mill-artijiet li jdawru t-Tempji tal-Ġgantija. Iż-żona ta’ importanza arkeoloġika tkopri partijiet mix-Xagħra li diġà huma mibnija.
L-applikazzjoni (PA00570 / 21), tipproponi t-twaqqigħ tal-bini eżistenti u l-kostruzzjoni ta’ 20 garaxx f’livell taħt l-art u 31 appartament fuq erba’ livelli.
Is-Supretendent tal-Wirt Kulturali jidher li għadu ma kkummentax dwar l-applikazzjoni, li ġiet ippreżentata biss f’Diċembru li għadda.
Facebook / Ġgantija Temples World Heritage Site