“Apparti Onlajn, Ser Inkunu Qed Nilqgħu S-Sottomissjonijiet Tagħkom Fl-Uffiċini Tagħna” – Mużika Mużika

L-eċċitament għall-edizzjoni li jmiss tal-konkors Mużika Mużika reġa’ beda ġmielu! Fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, Mużika Mużika għamlu appell lil dawk interessati li jipparteċipaw.

“Ħudu nota!” huma kitbu. “Apparti onlajn, ser inkunu qed nilqgħu s-sottomissjonijiet tagħkom fl-uffiċini tagħna fil-Furjana bejn is-26u s-27 ta’ Settembru sal-4pm. Għal aktar informazzjoni u biex tapplika onlajn żur www.muzikamuzika.mt.”

“Mużika Mużika huwa organizzat minn festivals.mt bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.”

L-edizzjoni li jmiss se ssir fis-27, 28 u 29 ta’ Marzu tal-2025.





Facebook/Mużika Mużika



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI