Il-ħajja ta’ Amberley nqalbet ta’ taħt fuq fl-għodwa tad-29 ta’ April 2024. Sfortunatament, kif kienet fi triqitha lejn l-iskola fl-Imġarr, intlaqtet minn taxi.
Il-ġenituri ta Amberley ħolqu appell għal donazzjonijiet, ikunu kemm ikunu, u fid-deskrizzjoni kitbu, “Dan l-inċident traġiku li waqqaf qalbha żgħira. Grazzi għall-isforzi erojċi tal-Uffiċjal Italo u l-paramediċi, Amberley reġgħet qamet bis-CPR, iżda ħajjitna qatt ma baqgħet l-istess minn dakinhar.”
“Qattgħet ġimgħat f’koma u ġarrbet tmien xhur sħaħ l-isptar… teħtieġ b’mod urġenti programm intensiv ta’ newroriabilitazzjoni biex tirkupra ħajjitha – programm li mhux disponibbli f’Malta,” ikomplu jiktbu.
Sabu tama mit-tim mediku fl-Isptar Bambino Gesù ta’ Ruma, fejn jidher li l-speċjalisti jistgħu jipprovdu l-kura lil Amberley. L-ispejjeż li jġorr miegħu dan it-trattament essenzjali huwa kbir, meta tinkludi l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni wkoll.
Idħol HAWN biex tagħti d-donazzjoni tiegħek.