Il-familja tal-mibki Karl Gouder appellat pubblikament biex kull min għandu xi tip ta’ ħjiel jew informazzjoni dwar il-jiem qabel seħħet il-mewt tiegħu, jagħmel kuntatt magħhom.
L-aħbar tal-mewt mhux mistennija ta’ Karl kienet xokk kbir, speċjalment meta wieħed iqis li kien għadu kemm iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta għall-irwol ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN jumejn qabel.
Sadanittant, it-talba pubblika li għamlet dalgħodu l-familja ta’ Gouder fuq Facebook, diġà bdiet tiġi mxerrda biex jasal kemm jista’ jkun għand nies.