April Li Għandha Biss 3 Snin Qed Tfittex Id-Dar Dejjiema Tagħha

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Innocent Paws – Maria D’Amato laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ April, Cocker Spaniel li għandha 3 snin u li qed tfittex id-dar dejjiema tagħha. April għandha l-microchip imma għadha mhux imsewwija. Jeħtieġ li min li jaddotaha jaċċetta li tiġi msewwija.

Qalu li għal bidu jaf tkun xi ftit mistħija, imma sakemm tidra lil dak li jkun. Bħalissa qed tgħix f’dar ma’ kelb ieħor fejn tmur sew miegħu, iżda mhix imdorrija ma’ klieb u qtates oħra. Qalu wkoll li bħalissa mdorrija tagħmel il-bżonnijiet tagħha fuq nappy fil-bitħa.

Ixxerjaw għal April!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI