“Ara Doris!” – Eileen Montesin – Il-Wiċċ, Il-Vuċi U L-Qalb Tat-Televiżjoni Maltija

F’intervista riċenti u mimlija enerġija, Eileen Montesin – li tiġi indirizzata bħala “queen” – fetħet qalbha dwar il-ħajja, il-karriera u l-imħabba kbira li n-nies għadhom juruha sal-lum.

Eileen tgħid li twieldet Ħ’Attard, għexet il-Mosta, Tas-Sliema, il-Furjana u anke l-Belt, u llum tgħix l-Iklin. Tul is-snin tat-televiżjoni u t-teatru, ħolqot diversi karattri għal qalbha fosthom – Becky, KC u Josie f’Déjà Vu. Iżda ammettiet li, minkejja kollox, in-nies għadhom isejħulha “Becky”, kemm waqt programmi kif ukoll fit-triq. “Bilfors irrid ngħid li kieku kelli nagħżel, nagħżel lil Becky,” twieġeb bi tbissima.



B’karattru dirett u paċenzja li “mhix bla limitu”, Eileen tispjega li minkejja dan jgħaddilha malajr għax dejjem tħares ’il quddiem: “we need to move on,” tistqarr Eileen. Barra l-palk, hi dilettanta kbira tal-futbol u supporter leali lejn il-Manchester United – passjoni li saħansitra ġiet abbinata max-xogħol tagħha ma’ Xandir Malta.



L-intervista tagħlaq bil-kwotazzjoni ikonika li għadha tgħix sal-lum: “Ara Doris!” – frażi li saret popolari mal-komunità Maltija.



Ritratti:

Facebook/ Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI