Ara: Joħroġu D-Dati U T-Trailer Tal-Aħħar Staġun Ta’ Money Heist

Ftit tal-ħin ilu uffiċjalment ħarġu d-dati ta’ meta ser joħroġ il-ħames staġun tas-serje Money Heist.

Il-ħames u l-aħħar staġun se jkun maqsum f’żewġ partijiet u jista’ jiġi segwit fuq Netflix. L-ewwel parti tal-aħħar staġun se toħroġ fit-tlieta ta’ Settembru li ġej, filwaqt li t-tieni parti se toħroġ tliet xhur wara, jiġifieri fit-tlieta ta’ Diċembru. B’kollox ser ikollna għaxar episodji, li probabbilment ser jinqasmu b’ħamsa għal kull parti.

Fuq il-paġna uffiċjali tas-serje ħareġ ukoll it-trailer ta’ Money Heist, li żgur ser joħloq aktar eċitament għas-segwaċi kollha.





Facebook / La Casa de Papel



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI