Fuq il-paġna ta’ Transport Malta ġie mħabbar proġett għal-karozzi tal-linja sabiex dawn ikollohom kontribut għal arja aħjar.
Dan il-proġett se jkun qed jiswa mal-40 miljun ewro, fejn se jkunu qed jiġu installati l-panelli solari fuq is-soqfa tal-vetturi, u b’hekk dawn il-vetturi se jkunu qed jipproduċu inqas emmissjonijiet ta’ CO2, kif ukoll se jiġi iffrankat ammont ta’ diesel kull sena.
Dan huwa proġett bżonnjuż għal aktar arja nadifa, anke sabiex jintlaħqu l-miri li għandha Malta biex pajjiżna jkun ħieles mill-karbonju sas-sena 2050.
Facebook / Tallinja