Ara X'Kellha Xi Tgħid Charmaine Gauci Fuq Id-Dar Tal-Providenza

Ilbieraħ ġiet imħabbra l-kampanja ‘Sabiħ li Tagħti’ għad-Dar tal-Providenza, Siġġiewi. Fiha kien hemm mistiedna s-Supritendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci fejn tkellmet fuq ir-riżultat eċċellenti ta’ din id-dar.

“Matul il-pandemija għamlu li setgħu, swiethom ħafna flus biex ikunu jistgħu jipproteġuhom u r-riżultati ħarġu ċari, ma kellna l-ebda każijiet propju minn din id-dar, allura hemmhekk qiegħdin taraw li meta ssir ħidma, ssir bil-għaqal u ssir fuq evidenza”.





Saħqet kemm ir-residenti huma protetti anke fiż-żmien il-pandemija li l-ħaddiema għamlu l-aħjar biex ix-xogħol jibqa’ għaddej. “il-protezzjoni trid tibqa’ għaddejja u din id-dar għandha bżonn ħafna flus. Jiena minn qalbi nappella lill-pubbliku biex ikun jista’ jgħin, inkunu nistgħu ngħinuhom jibqgħu għaddejjin bil-ħidma li huma għaddejjin.” – Prof Charmaine Gauci

Sabiħ li tagħti. Idħol fuq www.sabihlitaghti.org

Charmaine Gauci/ Gareth Degiorgio



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI