Hemm ħafna antiċipazzjoni għas-segwiment ta’ The Devil Wears Prada. Il-film se joħroġ fl-1 ta’ Mejju, 20 sena wara li ħareġ l-ewwel film fl-2006. Meryl Streep, Anne Hathaway, Stanley Tucci u Emily Blunt qed jirritornaw bħala l-karattri favoriti ta’ kulħadd.
Biex jippromwovi dan il-film, qed isir tour tal-istampa globali f’pajjiżi bħall-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Messiku u l-Ingilterra. Waqt wieħed minn dawn it-tours tal-istampa, inqabad mument ħelu ma’ Meryl Streep.
Hekk kif tirrealizza li membru tal-istaff qed iżomm umbrella biex jipproteġiha mix-xemx, Meryl iddur b’sorpriża u titfagħlu bewsa bħala wirja ta’ apprezzament. Hija ħaġa sabiħa ħafna meta ċ-ċelebritajiet jaġixxu b’ġentilezza ma’ ħaddieħor.
Araw il-filmat hawn.
YouTube/ popvein