Illbieraħ, l-eks ġurija tal-Malta’s Got Talent Maxine Aquilina ċċelebrat il-Hen’s party tagħha b’differenza minn dawk il-festini li drajna naraw minnhom!
Maxine iċċelebrat dan il-festin bit-tema oriġinali ta’ Disney. Għal dan il-festin, il-ħbieb ta’ Maxine u hi nnifisha ġew imlibbsin ta’ xi karattru jew prinċipessa ta’ Disney. Infatti, fost il-prinċipessi, Maxine libset tal-prinċipessa Cindirella.
Maxine se tkun qed tiżżewweġ fi żmien xahar lill-għarus tagħha Adrian Attard.
Intom ġieli rajtu jew attendejtu Hen’s party oriġinali daqs dan?
View this post on Instagram