“Araw Li Ma Tħallux Vetturi Taħt Ħitan għoljin, Siti Ta’ Kostruzzjoni, Siġar Jew F’Toroq Fejn Jinġabar L-Ilma” – Maltese Islands Weather

Hekk kif qed nistennew riħ qawwi u xita, il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp, Maltese Islands Weather, avżat lill-pubbliku għas-sigurtà ta’ kulħadd.

“Sistema ta’ pressjoni baxxa intensa se tiżviluppa fuq it-Tuneżija minn tard illum l-Ħadd 18/1 sa l-Erbgħa 21/1. Din se taffetwana b’riħ qawwi ħafna u xita,” huma kitbu. “L-agħar tar-riħ se jkun abbinat ma’ ħalbiet iżolati tax-xita. Fil-ħin li r-riħ jibda jbatti bilmod, lejn tard filgħodu t-Tlieta, ix-xita għandha tieħu xejra aktar mifruxa u persistenti. Din se tkun qawwija u possibilment anke bir-ragħad kultant. Ix-xita tonqos għal ħalbiet matul il-jum tal-Erbgħa. Akkumulazzjonijiet kbar huma possibbli.”

Huma avżaw sabiex, “araw li ma tħallux vetturi taħt ħitan għoljin, siti ta’ kostruzzjoni, siġar jew f’toroq fejn jinġabar l-ilma. Agħmlu fiċ-ċert li panelli, tankijiet u affarijiet oħra li jistgħu jtiru mar-riħ huma siguri. Oqogħdu il-bogħod mill-kosta fejn jaqbel. Uħud mill-bliet l-aktar popolati jinsabu tul il-kosta esposta għal dan ir-riħ!”







Ritratti:

Facebook / Maltese Islands Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI