Araw Lil Henry Galea Jinbidel Fil-Karattru Tant Ikoniku Minn Silent Hill

Kull min iħobb il-ġeneru tal-orrur, jaf bil-logħob u l-films ta’ Silent Hill, u kull min jaf b’Silent Hill żgur li jħobb l-aktar karattru ikoniku u misterjuż – Red Pyramid Thing jew Pyramid Head.

Introdott fis-serje Silent Hill 2 tal-2001, Pyramid Head huwa tip ta’ monster li jservi bħala l-antagonist sekondarju, li jsegwi lil James Sunderland, il-karattru primarju , li jasal fil-belt ta’ Silent Hill wara li jirċievi ittra mingħand martu, Mary. Pyramid Headjtirrappreżenta x-xewqa ta’ James li jiġi kkastigat għall-mewt ta’ Mary. Masahiro Ito, id-disinjatur tal-mostri ta’ Silent Hill 2, ħoloq il-karattru għax ried “mostru b’wiċċ moħbi”. Magħruf għall-elmu trijangulari kbir tiegħu li jaħbi rasu, Pyramid Head m’għandux vuċi jew wiċċ viżibbli, u d-dehra tiegħu ġejja mill-passat tal-belt bħala post ta’ eżekuzzjoni.

Hekk kif nhar l-Erbgħa ħiereġ il-film Return To Silent Hill, Henry Galea tella’ filmat tiegħu jinbidel f’dan il-karattru b’kapaċità impekkabbli.







Ritratti:

Instagram / @henrygalea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI