Araw X'Għamel Dan Il-Kaptan Biex Isalva Mara Tqila!

Waqt vjaġġ bl-ajruplan mimli Afgani evakwati mill-Afganistan, il-Kaptan kellu jieħu deċiżjoni kbira biex isalva lil mara tqila li kienet fost l-Afgani fuq l-ajruplan!

Matul il-vjaġġ, il-mara tqila bdiet tħoss l-uġigħ tal-ħlas u tbaxxiet ħafna l-pressjoni tagħha. Malli sar jaf, il-Kaptan ħa d-deċiżjoni li jtajjar l-ajruplan militari Amerikan fil-baxx. Għalhekk f’altitudni iktar baxxa, il-pressjoni tal-arja fl-ajruplan setgħet tiżdied u l-qagħda tal-mara marret għall-aħjar sakemm waslu fil-bażi militari Amerikana fil-Ġermanja.

Ftit mumenti wara li waslu, il-mara welldet tifla u issa l-kundizzjoni tagħhom it-tnejn tinsab tajba. Il-mara u t-tarbija salvaw bis-saħħa ta’ dan il-Kaptan li għamel li seta’ biex jieħu ħsiebhom!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI