Artista ta’ 16-il sena li hi bbażżata f’pajjiżna fissret it-tbatija li għaddiet minnha l-Madonna meta rat lil binha Ġesù jiġi flaġellat b’arti ġdida li nediet proprju f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa.
L-artista Alicia spjegat fuq il-midja soċjali kif għalkemm l-arti nfisha tesebixxi d-dmugħ li xerrdet il-Madonna, madankollu, il-messaġġ huwa bil-wisq iżjed profond minn hekk.
Hi spjegat kif id-dmugħ li hemm fuq ħaddejn il-Madonna jirrappreżenta l-uġigħ u t-tbatija li bosta jinsabu għaddejjin minnhom bħalissa.
Omm l-artista, il-preżentatriċi bravissima Maria La Barokka, esprimiet fuq il-midja soċjali kemm tinsab kburija b’bintha filwaqt li ħeġġet lill-udjenza tagħha sabiex juru s-sapport tagħhom lejn l-artista ta’ 16-il sena.
Bosta kienu dawk li tħallew impressjonati bil-ħiliet artistiċi li ġew espressi miż-żagħżugħa ta’ 16-il sena f’din il-biċċa arti.
Prosit tassew!
Facebook / Alicia Ash Art Page u Facebook / Maria La Barokka Musccat