Il-kumpanija internazzjonali Google qed twissi lil dawk kollha li jużaw is-sistema android sabiex iħassru 8 apps partikolari mill-aktar fis possibbli. Jingħaqdu magħhom ukoll bl-istess sejħa, il-pulizija tas-cybercrime fi sforz kollettiv sabiex jonqos ir-riskju ta’ teħid u tixrid ta’ informazzjoni privata lill-individwi li jużaw is-sistema android għal skopijiet ħżiena u ta’ frodi.
It-tmien apps li hawn it-twissija dwarhom huma dawn li ġejjin u li wieħed seta’ niżżilhom b’xejn mill-Play Store:
• Auxiliary Message
• Element Scanner
• Fast Magic SMS
• Free CamScanner
• Go Messages
• Super Message
• Great SMS
• Travel Wallpapers
Dawn l-apps qed ixerdu l-virus Joker li jidħol fis-sistema tal-android tal-individwu u jsib mod kif iħallas b’mod awtomatiku għal servizzi onlajn mingħajr awtorizazzjoni tal-individwu. Fi kliem ieħor, serq tal-flus mill-kontijiet tal-bank li jsib fuq il-mobile, tablet jew android box ta’ dak li jkun.
Facebook/ YourStory