"Ħassejt Dik Il-Kuntentizza Li Naf Li Mhux Ħa Naraha Taqsam Dik Il-Bypass Perikoluża…" – Christa Cilia

L-attivista Christa Cilia kitbet dwar Joy, kelba li minn żmien ilu xtaqet issalvaha mit-triq u żżommha fi trobbija tajba u f’post sigur. Madanakollu Christa dejjem sabet l-ostakli, u qatgħulha qalbha minħabba li l-kelba mdorrija tgħix barra.

“Għamilt 4 snin noqgħod l-Imġarr, lil Joy min jafha dejjem għexet fit-triq minn ta’ sena. Illum għandha bejn 15 u 17-il sena… Dejjem ġejt imwaqqfa milli naqbadha għax kienu jgħiduli li l-kelba drat tgħix barra, kont inbaxxi rasi u nitlaq kull darba.”

Jidher li llum għall-kuntrarju, Joy tinsab f’idejn tajba u m’għadhiex weħidha fit-triq. 

“La nqabdet offrejt li nieħu ħsiebha flimkien ma’ Althea Galea li fl-istess ħin inżommulha l-ħajja ta’ barra u tkun ħielsa minn kull periklu li hemm barra. Illum kont għaddejja mil-bypass tal-Imġarr, bdejt ngħid li kieku hawn qiegħda, jew taqsam, jew miexja mal-ġenb tal-bypass… ħassejt dik il-kuntentizza li naf li mhux ħa naraha taqsam dik il-bypass perikoluża u naf li issa qiegħda magħna f’post tajjeb u sigur.”

Prosit Christa, Althea u dawk l-attivisti kollha li jagħmlu minn kollox għall-ħlejjaq innoċenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI