"Ħassejtni Tajjeb Immens Li Erġajt Lura Lbieraħ… Jekk il-Covid M’Għamel Xejn Tajjeb, Il-Perjodu Għeni Nerġa' Nibda" – Joven Grech

Il-mużiċist Joven Grech kien fost id-diversi artisti li kellhom joqogħdu lura milli jipprattikaw it-talenti mużikali tagħhom minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-waqfa mill-ispettaklu ġabet magħha ansjeta u dieqa kbira kif tistgħu timmaġinaw, u għaldaqstant ir-ritorn għal dak li kienu qabel l-imxija, tfisser ħafna għalihom.

Joven jgħid li l-karriera internazzjonali tiegħu ħadet daqqa ta’ ħarta minħabba diversi ċirkostanzi. Madankollu issa reġa’ għandu ċ-ċans jerġa jaqsam il-passjoni tiegħu ma’ udjenzi li wkoll jinsabu bil-għatx għall-ispettaklu. Iltaqa’ ma’ diversi ħbieb antiki wkoll, u juri l-gratitudni lejn dawk kollha li qegħdin miegħu f’kull pass li jagħmel sabiex jerġa’ lura għal dak li tant iħobb jagħmel.

“Ilbieraħ kien test tajjeb biex nerġa nibda bil-mod, u nkompli naħdem biex inżomm il-karriera internazzjonali li minħabba ansjeta li kienet qabditni għal raġunijiet differenti kont lest li nwaqqafha. Kienet reminder, ta’ affarijiet li Malta nieqsa minnhom… DJ stand u sound kif sippost, management li ħadli ħsieb ta’ affarijiet li ma kellix għalfejn biss naħseb fuqhom… visuals, fee tajba, drinks, driver, good accommodation, eċċ”

Joven jinsab ħerqan biex ikompli b’aktar spettaklu llum ġewwa l-Armier u jirringrazzjaw lil dawk kolha li qed jeħdulu ħsieb l-avveniment li ħa jdoqq fih. “Imsomma, ix-xogħol lest, imma baqa’ biċċa xogħol oħra qabel jagħlaq il-weekend. Għadni Amsterdam imma llejla rrid inkun l-Armier biex indoqq Palm Beach għas-Sunset li għalkemm ser tkun event ħafna iżgħar milli daqqejt hawn, intiha l-istess importanza u ninsab ħerqan immens għaliha”

Prosit Joven u nixtiqulek aktar mumenti sbieħ fil-karriera tiegħek!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI